Futbol Sport

TRASFERIMENTI – Benzema iġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Benzema

Iċ-champions ewropej Real Madrid ħabbru li huma ġeddew il-kuntratt tal-attakkant Franċiż Karim Benzema sa tmiem l-istaġun 2021. Il-kuntratt preċedenti ta’ Benzema kien jiskadi fis-sena 2019 u b’hekk dan kien imtawwal b’sentejn oħra.

Rapporti li ma kienux konfermati minn Real jgħidu li fil-kuntratt ta’ Karim Benzema hemm klawsola li tqarreb il-biljun ewro, f’kas li Benzema jkun irid jinħall mill-kuntratt.

Jekk dan l-ammont ikun ikkonfermat, din il-klawsola tkun simili ħafna ta’ dik li hemm fil-kuntratt tal-Portugiż Cristiano Ronaldo li jingħad li għandu klawsola li torbtu ma’ Real għas-somma ta’ biljun u mitejn miljun ewro.

Karim Benzema li għandu 29 sena kien ingħaqad ma’ Real Madrid fis-sena 2009, u jkollu 33 sena meta jintemmliu dan il-kuntratt il-ġdid. F’dan l-istaġun Karim Benzema s’issa skorja gowl wieħed fis-sitt logħbiet li lagħab.

Fl-aħħar jiem Real Madrid ġeddew ukoll il-kuntratti ta’ Marcelo, Isco, u Dani Carvajal.