Anzjana ta’ 70 sena mill-Floriana sofriet ġrieħi gravi wara li ttajjret minn karozza. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ fi Triq Ġlormu Cassar fil-Belt Valletta dalgħodu għall-ħabta tad-9.15a.m.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li għal xi raġuni, il-mara intlaqtet minn vann tal-għamla Citroen Nemo misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>