Futbol Sport

Diego Costa lura ma’ Atletico Madrid

Diego Costa

Chelsea ħabbru li laħqu ftehim ma’ Atletico Madrid għall-attakkant Diego Costa.

L-attakkant Spanjol se jerġa’ jkun qed jilbes il-flokk ta’ Atletico wara li fi tmiem l-istaġun li għadda l-manager ta’ Chelsea Antonio Conte kien infurmah permezz ta’ SMS li mhux se jkun parti mill-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li jmiss.

Minkejja dan Costa ma ħalliex lill-klabb fis-sajf u issa se jkollu jistenna sa Jannar li ġej biex jibda jilgħab mat-tim immexxi minn Diego Simeone. Atletico mistennija jħallsu madwar 60 miljun ewro għalih.