Il-mejta mit-terremot tal-Messiku issa qorbu t-300 persuna, hekk kif qed tkompli l-ħidma tas-salvataġġ bit-tama li jinstabu aktar nies ħajjin wara t-terremot ta’ nhar it-Tlieta.
Il-President Enrique Peña Nieto qal li għalissa l-prijoritáà kienet se tibqa’ s-salvataġġ u l-kura tal-midruba.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ jemmnu li għadd hemm in-nies mejta f’għaxar blokki ta’ appartamenti li krollaw fil-kapitali Belt il-Messiku. Hu hawn li hemm l-akbar ammont ta’ vittmi. F’blokk minnhom hemm suspetti li hemm mat-30 maqbuda taħt it-terrapin.
Iċ-ċifra uffiċjali tal-mejta hita’ 286 persuna.
Uffiċjali qalu wkoll li ma kien hemm ħadd ħaj taħt it-terrapin tal-iskola Enrique Rébsamen fil-kapitali. Hawn 11-il tifel u tifla kienu salvati mill-bini filwaqt li 19-il tfal u sitt adulti mietu fih.
L
Il-vittmi tat-terremot fil-Messiku joqorbu lejn it-300 vittma


