Internazzjonali

L-Amerikani u r-Russi jiddiskutu l-ġlieda kontra l-ISIS

Kien hemm laqgħa rari bejn uffiċjali militari Amerikani u Russi biex jiddiskutu l-ġlieda kontra l-ISIS fis-Sirja.
Dan hekk kif truppi tal-Gvern Sirjan, truppi speċjali Russi u militanti appoġġati mill-Istati Uniti, jinsabu ‘ilkoll impenjati fil-ġlieda kotnra l-ISIS f’Deir el-Zour. It-taħditiet, li saru f’post sigriet fil-Lvant Nofsani, kellhom l-iskop li jassiguraw li ħadd ma jiftaħ in-nar fuq ħadd ieħor waqt il-ġlieda fl-inħawi kontra l-ISIS.
Dan l-aħħar, ir-Russja akkużat lill-forzi appoġġati mill-Amerikani li sparaw fuq truppi Sirjani f’Deir el-Zour. Imbagħad il-forzi Kurdi appoġġati mill-Amerikani, qalu li ajruplani Russi kienu bbumbardjaw ġellieda tagħhom.