Il-Qawwa tal-Baħar Tuneżina salvat 78 immigrant, fosthom anki żewġt ibniet, wara li l-lanċa li kienu fuqha bdiet tegħreq barra l-kosta ta’ Chebba. Dan wara li kienu ilhom maqbuda bejn sema u ilma għal tlett ijiem.
Uffiċjali Tuneżini qalu li l-immigranti kienu madwar 70 kilometru fil-Lvant tal-kosta ta’ Chebba u li ħadd ma kien tilef ħajtu f’dan l-inċident.
Sadattant ma kinux daqstant fortunati madwar 50 immigrant li kienu fuq lanċa li telqet mil-Libja. Dan wara li l-lanċa tagħhom spiċċat mingħajr fuel u nqalbet barra Sabratha. Uffiċjali Libjani qalu li abbord il-lanċa kien hemm mal-100 persuna u kienu bdew il-vjaġġ ġimgħa ilu. Il-lanċa kienet ilha ġranet tinġarr mill-kurrenti qabel ma nqalbet u eventwalment imġarret sa Zuwara. Kien hemm 35 persuna li salvaw u magħhom instabu tmien persuni.
Salvati aktar minn 70 immigrant barra l-kosta Tuneżina


