Lokali

€49,376 għall-MCCF mill-irkant tal-karozzi

Profitt ta' €49,376 mill-irkant kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund.

Il-Malta Community Chest Fund Foundation fi stqarrija irringrazzjat lil dawk kollha li kkonkorrew għall-irkant tal-karozzi li ntużaw fil-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u anke fil-laqgħa tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea tal-Grupp Arraiolos.

Fl-istess stqarrija l-Malta Community Chest Fund Foundation irringrazzjat lil Muscats Motors, lill-voluntiera li taw sehem tagħhom u lil Obelisk Auctioneers.

L-MCCFF irringrazzjat wkoll lill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Onorevoli Ian Borg, lill-Onorevoli Aaron Farrugia, lis-Sur Joe Azzopardi u s-Sinjorina Amanda Ciappara, lill-Public Broadcasting Services, lill-Forzi Armati ta’ Malta, lill-Pulizija, u liċ-Ċentru tal-Fieri u Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali.