L-ammont t’għasafar protetti li ntlaqtu minn tiri issa ġie għal dak ta’ disgħa.
Matul l-aħħar ġimgħa BirdLife Malta rrapurtat li ntlaqtu żewġ għasafar oħra f’dan l-istaġun tal-kaċċa tal-ħarifa hekk kif fl-14 u l-21 ta’ Settembru ġew rikuverati żewġ Kuċċardi . Wieħed fuq il-ġżira Għawdxija u l-ieħor fl-inħawi tal-Girgenti.
BirdLife Malta ħasset il-ħtieġa li hemm bżonn li jkompli jikber il-ħarsien tal-għasafar fin-natura tagħhom, għalhekk qed tħeġġeġ in-nies għall-kampanja #ISAVEBIRDS, fejn wieħed jista’ jagħti donazzjoni biex eventwalment dawn il-fondi jintużaw għal kura u l-prevenzjoni natruali tal-għasafar. Aktar dwar dan fuq din il-link hawnhekk.
Riċenti fil-bidu ta’ dan ix-xahar qabel saru dawn l-inċidenti BirdLife Malta qalet li dawn iċ-ċifri huma biss indikazzjoni tan-numru ta’ tajr protett li fuqhom sparaw il-kaċċaturi. Appellaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera u lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri biex jintervjenu u jwaqqfu dan il-massakru.
BirdLife Malta żiedet tgħid li tispera li l-Gvern mhux qed jikkonsidra li jnaqqas il-multi marbutin mal-kaċċa illegali. L-għaqda qalet li minflok, il-Gvern imissu jagħmel aktar sforz u juri impenn serju biex jipproteġi lill-għasafar li bħalissa qed jgħaddu minn fuq Malta.
//= $special ?>