Lokali

FILMAT: Jinġabru aktar minn 100 borża demm

Wara is-success tal-inizzjattiva tas-snin li għaddew media.link Communications kompliet fl-inizjattiva tal-Maratona ta’ Għoti tad-Demm fuq l-istazzjon Radio 101

Din is-sena, l-attivita’ u l-mira taghha hi li jkun hemm donazzjoni ta’ aktar minn 100 borza demm

Tkellimna mal-prezentatur ta’ Radio 101 George Galea li ghal sena ohra, qed jiehu hsieb din l-inizzjattiva. Ħadna l-kummenti tiegħu ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar, il-ħin li suppost ġiet fi tmiemha l-maratona, madanakollu kienet għadha għaddejja.

Il-Maratona Ġbir ta’ fonda kienet ilha għaddejja mill-Ħamis li għadda.

Qrib l-għeluq ta’ din il-maratona l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara lill-istazzjon ta’ Radio 101 fejn iltaqa’ ma’ dawk preżenti u kif ukoll faħħar u rringrazzja lil dawk kollha li għamlu din l-għotja nobbli tad-demm.