Raġel ta’ 55 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ħabat bil-vettura tiegħu m’oħra f’San Ġiljan. L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli, kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5am, xħin il-vettura misjuqa mir-raġel li joqgħod Ħal Qormi għal xi raġuni jew oħra ħabtet ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti s-Swieqi.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ ma ġralu xejn.
//= $special ?>