Internazzjonali

Ikeċċu lil ‘Miss Turkija’ għal raġunijiet politiċi

Ir-rebbieħa tal-konkors ‘Miss Turkija 2017’ tneħħitilha t-titlu wara li sar magħruf li hi iċċirkulat messaġġ fuq Twitter b’referenza għall-kolp ta’ stat tas-sena l-oħra f’pajjiżha, u  fejn hi, fost oħrajn, irreferiet ‘għad-demm tal-martri’.

L-organizzaturi tal-konkors ‘Miss Turkija’ qalu li t-tweet ta’ Itir Esen, ta’ 18 il-sena, ‘ma kienx aċċettabbli’ u konfermaw id-deċiżjoni biex ikeċċuha, sigħat biss wara li hi rebħet it-titlu.

Esen, intant, qed tinsisti li hi ma pruvatx twassal xi messaġġ politiku meta bagħtet it-tweet f’nofs-Lulju, waqt l-ewwel anniversarju tal-kolp ta’ stat li fih mietu 250 waqt rewwixta minn membri tal-Armata Torka.