L-awtoritajiet fi Puerto Rico wissew dwar ‘sitwazzjoni ferm perikoluża’ li żviluppat minn problemi f’diga. Dan fost inċidenza ta’ għargħar allarmanti minn xmara, wara l-impatt tal-Uragan Maria fit-territorju.
Intant, il-falliment ‘imminenti’ tal-Diga ta’ Guajataca qed iwassal għal sitwazzjoni ta’ theddid għall-ħajja, meta hemm ‘il fuq minn 70,000 resident fiz-zoni ġirien ta’ Isabela u Querbradillas.
Mietu talanqas 13 il-persuna mindu Uragan Maria straxxna l-artijiet ta’ Puerto Rico fejn id-dawl inqata’ għall-gżira kollha.
L-awtoritajiet, issa, wissew dwar ‘għargħar għall-għarrieda’ f’Isabela u Querbradillas iżda għalkemm is-70,000 resident kienu mwissija biex jitilqu mill-inħawi, l-aħħar rapporti qalu li naqset ‘iz-zona għall-evakwazzjoni’.
//= $special ?>

