Lokali

Il-25 edizzjoni tal-Malta International Airshow

Is-Sibt wara nofsinhar ingħata bidu għall-Airshow Internazzjonali ta’ Malta… li għal sena oħra  din qed issir f’żewġ lokalitajiet, il-wirja statika fl-Arjuport filwaqt li l-wirja fl-ajru saret fuq Smart City.

Kienu mijiet dawk li niżlu fl-inħawi ta’ Smart City biex segwew dan l-ispettkalu li sar fuq il-baħar.

Fost l-ispettakli mistennija kien hemm dawk offruti mit-timijiet aerobatiċi fosthom is-Saudi Hawks, it-tim Żvizzeru tal-PC 7, kif ukoll it-tim Tork, it-Turkish Stars.

Ħadu sehem ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta, il-qawwa tal-Franċiża kif ukoll in-Navy Amerikana (ajruplan kbir).

Il-Malta International Airshow tkompli l-Ħadd bil-wirja Statika fl-ajruport u wirja oħra fl-ajru fuq il-baħar fl-inħawi ta’ Smart City