Il-poplu tal-Ġermanja għada jivvota fl-elezzjoni ġenerali importanti, fejn il-Kanċillier Angela Merkel, li tmexxi l-Partit CDU, hi favorita assoluta li tegħleb lill-isfidant Martin Schulz, li hu l-Kap tal-Partit SPD.
L-aħħar stħarriġ qed juri li l-Partit CDU flimkien mas-CSU, il-partit sieħeb tal-Bavarja, għandu joħroġ bħala l-akbar partit fil-Ġermanja wara l-elezzjoni għall-Bundestag (Parlament), iżda l-indikazzjonijiet huma li Merkel, mill-ġdid, għandha tonqos milli tikseb il-maġġoranza.
Sitwazzjoni bħal din hi komuni fil-Ġermanja u l-Parlament li jmiss x’aktarx li jkun iddeterminat mir-riżultati tal-iżgħar partiti Ġermaniżi fl-elezzjoni ta’ għada kif ukoll mill-koalizzjonijiet potenzjali li mistennija jiżviluppaw ‘il quddiem.
//= $special ?>

