Juventus wieġbu għar-rebħa aktar kmieni ta’ Napoli meta ġabu fix-xejn lil Torino 4-0 fid-derby della Mole. Paulo Dybala fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob wara li ħa vantaġġ minn żball f’nofs il-grawnd ta’ Torino. L-affarijiet komplew ġejjin ħżiena għat-tim ta’ Mihajlovic wara li fl-24 minuta tkeċċa għat-tieni karta safra Daniele Baselli.
Il-Bianconeri rduppjaw fl-40 minuta b’xutt għar-rokna minn Miralem Pjanic, biex fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima, kien Alex Sandro li għamilhom tlieta. Paulo Dybala ssiġilla r-rebħa fid-90 minuta bir-raba’ gowl.
Napoli kellhom jitħabtu biex rebħu kontra Spal 3-2. Kien Pasquale Schiattarella li fetaħ l-iskor għal Spal fit-13-il minuta, iżda minuta wara Lorenzo Insigne ġab id-draw. Josè Callejon poġġa lil Napoli minn fuq fil-71 minuta, iżda Spal wieġbu bil-gowl tad-draw ta’ Federico Viviani fit-78 minuta. Madankollu Faouzi Ghoulam skorja l-gowl tar-rebħa ħames minuti wara.
//= $special ?>