Liverpool irritornaw għar-rebħ fil-Premier League Ingliż wara li għelbu lil Leicester 3-2 fil-King Power Stadium. Ir-Reds marru minn fuq wara kwarta logħob permezz ta’ Mohamed Salah, b’Philippe Coutinho jirdoppja fit-23 minuta minn free-kick.
Shinji Okazaki naqqas id-distakk fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, iżda Jordan Henderson għamilhom 3-1 fit-68 minuta f’azzjoni minn kontrattakk. Madankollu Jamie Vardy ħalla lit-tim tiegħu jittama minuta wara. L-attakkant Ingliż kellu ċ-ċans li jġib id-draw ftit minuti wara, iżda ra l-penalty tiegħu salvat minn Simon Mignolet.
//= $special ?>