Rapport: Keane Cutajar
BIRKIRKARA………….3
NAXXAR……………..…2
Birkirkara: P. Schranz, C. Attard, M. Landry, N. Vukanac, M. Klein, M. Andellkovic, M. Guillaumier, J. Grech, B. De Brito (B. N’For 79’), L. Montebello (K. Żammit 83’), R. Camenzuli (E. Herrera 68’)
Naxxar: C. Nicht, S. Fenwick, R. Grech, D. Falzon, D. Bonnici, J. Debono, D. Bustos, A. Buhagiar, M. Fenech, A. Cascaval, A. Mendy
Imwissija: J. Debono 9’, D. Bustos 89’, A. Buhagiar 90+1’ (N) B. De Brito 68’, M. Landry 86’ (B)
Skorjaw: J. Grech 29’, L. Montebello 45’, C. Attard 90+1’ (B) D. Falzon 48’, D. Bustos 70’ (N)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Luke Portelli, Sammy Attard
Il-Mument Plejer tal-logħba: Jake Grech (Birkirkara)
Attendenza: 471
Gowl lejn it-tmiem ta rebħa importanissima lil Birkirkara li rritornaw għar-rebħ b’rebħa ta’ 3-2 fuq Naxxar Lions. In-Naxxarin kienu żewġ gowls minn taħt u rnexxielhom jirkupraw fejn kienu perikolużi bil-kontrattakki, iżda ma kienx biżżejjed biex joħorġu mil-logħba b’xi ħaġa.
Paul Zammit għamel xejn inqas minn erba’ tibdiliet mill-aħħar ħarġa ta’ Birkirkara fosthom l-inklużjoni ta’ Luke Montebello li skurja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun filwaqt li Stuart Watkiss ta’ Naxxar għamel tliet tibdiliet fl-ewwel ħdax fejn fost l-oħrajn beda Darren Falzon li skurja. Fil-prestazzjoni qalbenija Naxxarija reġa’ spikka l-plejer ċentrali tagħhom Bustos.
Fil-21 minuta Jake Grech ittanta xortih minn barra l-kaxxa b’xutt b’saħħtu li kien salvat tajjeb minn Nicht. Birkirkara fetħu l-iskor fid-29 minuta, meta wara kross minn fuq in-naħa xellugija sab lil Jake GRECH li kien pront tefa’ fir-rokna tax-xibka.
Ftit minuti wara Schranz kien protagonist meta salva ballun mill-isbaħ wara freekick ta’ Bustos li deher destinat għal ġewwa qabel il-gowlkiper karkariz tar minn postu.
Mat-tokki tat-tmiem l-ewwel taqsima Birkirkara għamluhom tnejn wara ħarba tajba ta’ De Brito mal-linja leminija, li krossja biex sab lil Luke MONTEBELLO li fuq il-ġirja li tefa’ ġewwa.
Naxxar fetħu t-tieni taqsima b’gowl, wara li Grech żmarka lil Darren FALZON li daħal fil-kaxxa, bid-difiża tinqabad fuq sieq waħda, dar mal-gowlkiper u tefa’ fix-xibka.
Naxxar ġabu d-draw meta kien fadal 20 minuta logħob bi ġmiel ta’ gowl ta’ Daniel Mateo BUSTOS li spara fis-saqaf tax-xibka wara passaġġ brillanti ta’ Fenwick.
Tliet minuti mit-tmiem il-partita, Bustos reġa’ prova freekick ieħor dirett minn pożizzjoni angolata iżda reġa’ sab lil Schranz attent. Fl-aħħar azzjoni tal-partita Birkirkara skurjaw il-gowl tar-rebħa wara ħafna tentattivi fl-istess azzjoni, kien Cain ATTARD li rnexxielu jitfa’ l-ballun fix-xibka.
//= $special ?>