Sport Sport Ieħor

Service Secret b’wirja stupenda fil-Premier

Service Secret (Andrew Farrugia) jidher jirbaħ it-tiġrija tal-klassi Premier bil-vantaġġ f’medja rekord nazzjonali (Ritratt: Mike Orland)

Rapport: Kenneth Vella

L-istaġun 2017 tkompla wara l-waqfa tas-sajf b’laqgħa li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Dan permezz tas-37 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanzi qosra. Minn dawn spikkat l-aktar it-tmien tiġrija, dik tal-klassi Premier u li b’differenza mill-aħħar tiġrijiet li ġew organizzati qabel il-waqfa tas-sajf kellha bidu bil-vantaġġ. Għalkemm kien qiegħed jibda b’distakk ta’ għoxrin metru din it-tiġrija ntrebħet mill-Franċiż Service Secret ta’ Andrew Farrugia.

Fit-tiġrija Premier ġrew b’kollox sittax–il żiemel. Kien Topo De Bassiere (Carmelo Farrugia) l-aktar żiemel b’saħħtu wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Royal De Vaiges (David Ellul) u Sir De L’Esque (Frankie Abdilla). Dawra mit-tmiem anki l-popolari Service Secret (Andrew Farrugia) beda jersaq viċin l-ewwel żwiemel sakemm irnexxielu jaqbeż flimkien ma’ żwiemel oħra lil Topo De Bassiere proprju f’nofs id-dritta finali.

B’hekk il-Franċiż Service Secret mhux biss ħareġ rebbieħ fil-klassi Premier, iżda kiser ir-rekord nazzjonali fuq distanza ta’ 2180m u bil-bidu bil-waqqaf. Hu għamel ħin ta’ 1.15.6” bil-waqqaf. Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ 1.16.2” imwaqqaf minn Iris Du Louvet fid-19 ta’ Mejju 2006.

Service Secret temm rebbieħ minn żiemel ieħor preparat minn Andrew Farrugia, Urgos u Sacha Marboula (Charles Camilleri). Topo De Bassiere kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. Għal Service Secret din kienet is-seba’ rebħa tal-istaġun u f’Malta.

Il-kumplament tat-tiġrijiet kienu riservati għal żwiemel mill-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper fuq distanza ta’ 2140m u kellhom bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Fl-ewwel minn żewġ tiġrijet tal-klassi Gold, attakk mibdi 300m mil-linja finali wassal lil Temps Perdu (Omar Cauchi) biex jakkwista l-ewwel rebħa tiegħu f’Malta. Dan minn Turnover (Anton Cassar), Sullian Du Mouty (Charles Camilleri) u Hilda Nalan (Clint Vassallo).

Fit-tieni tiġrija mill-istess klassi Vicken Swing (Mark Mifsud) ħalla kollox għall-aħħar 400m biex bla tbatija u b’vantaġġ ta’ aktar minn tnax-il tul ħa s-sitt rebħa staġjonali minn Staro Evergreen (Marco Tanti) u Tchao Fouteau (Julian Farrugia). Id-debuttant Taljan Oxygen Bi, f’idejn sidu stess Ian Galea daħal warajhom f’dik l-ordni.

It-tliet tiġrijiet tal-klassi Silver intrebħu minn Palazio Valterne (David Ellul) wara li xejjen l-isfida ta’ Hallas Judex (Charles Magro) fl-aħħar metri; minn Urgo d’Ouxy (Jeffrey Said) u Peggy Di Azzurra (Rodney Gatt) li t-tnejn ħadu l-ewwel rebħa fi xtutna wara sprint fid-dritta finali.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Iliana (B. Debono) Ħin– 2.46.4” (1.19.2” 2. Revenge Alone (A. Farrugia) 3. Crack Du Bois (C. Vassallo) 4. Stralium Ranais (S. Schembri)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jezira (R. Gatt) Ħin– 2.48.1” (1.18.6”) 2. Ujipey Morvan (A. Farrugia) 3. Paco (J. Farrugia) 4. Atout De Carriere (M. Sultana)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nouveaux De Vie (K. Galea) Ħin– 2.50.9” (1.19.9”) 2. Magic Melon (R. Gatt) 3. Gin T Dalimo (M. Mifsud) 4. Country From (A. Farrugia)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Palazio Valterne (D. Ellul) Ħin– 2.44.2” (1.16.7”) 2. Hallas Judex (C. Magro) 3. Lajos Bellan (N. Baldacchino) 4. Knugen Palema (J Farrugia)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Urgo d’Ouxy (J. Said) Ħin– 2.47.7” (1.18.4”) 2. Unique De Chanjac (A. Cassar) 3. Top Di Girifalco (R. Gatt) 4. Udea d’Alci (M. Mifsud)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Temps Perdu (O. Cauchi) Ħin– 2.46.9” (1.18”) 2. Turnover (A. Cassar) 3. Sullian Du Mouty (C. Camilleri) 4. Hilda Nalan (C. Vassallo)

VII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Peggy Di Azzurra (R. Gatt) Ħin– 2.45.7” (1.17.4”) 2. Embrace’EM (C. Vassallo) 3. Tsar Turgot (M. Desira) 4. Urgande Nay (C. Cassar)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2160m. 1. Service Secret (A. Farrugia) Ħin– 2.44.8” (1.15.6”) 2. Urgos (J. Gafa’) 3. Sacha Marboula (C. Camilleri) 4. Topo De Bassiere (C. Farrugia)

IX Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Vicken Swing (M. Mifsud) Ħin– 2.44.3” (1.16.8” 2. Staro Evergreen (M. Tanti) 3. Tchao Fouteau (J. Farrugia) 4. Oxygen Bi (I. Galea)