Rapport: Keane Cutajar
LIJA A………….……0
SLIEMA W………….2
Lija: J. Martinelli, P. Babic, L. Muscat (J. Varela 87’), D. Scerri, E. Beu, LJ. Schembri (A. Sammut 81’), A. Borg, A. Bello Osagie, McA. Clinch (C. Cassar 77’), O. Sidibe, D. Leeflang.
Sliema: G. Zammit, J. De Assis, L. Motta (G. Aquilina 59’), J. Mintoff, P. Xuereb (N. Gavric 45’), S. Biancardi, E. Agius, R. Correa, J. Pearson, F. Temille (M. Sansone 82’), F. Qeros
Imwissija: F. Temille 74’, G. Aquilina 90’ (S)
Skorjaw: S. Biancardi 16’, J. De Assis 79’ (S)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistant Referees: Alan Camilleri, Paul Apap
Il-Mument Plejer tal-logħba: Frenci Qeros (Sliema)
Sliema rritornaw għar-rebħ wara li tilfu kontra Valletta fl-aħħar ħarġa tagħhom.
John Buttiġieġ għażel li jagħmel ħames bidiliet mill-aħħar ħarġa tagħhom fosthom id-debutt tal-Albaniż ta’ 18-il sena eks Inter, Frenci Qeros li kellu partita tajba. Fuq in-naħa l-oħra, Joseph Galea għamel bidla biss bejn il-lasti fejn daħal jilgħab Jonathan Martinelli flok Bonnici.
Il-logħob fl-ewwel taqsima kien maqsum bejn iż-żewġ timijiet b’Lija jkollhom il-mumenti tajbin tagħhom iżda naqsu li jkunu perikolużi meta waslu fil-kaxxa ta’ Sliema bil-konklużjonijiet tagħhom ikunu ċentrali u faċli għal Żammit. Lija kellhom il-pussess tal-ballun fit-tieni taqsima iżda naqsu li jużawh tajjeb bi żball lejn l-aħħar minn naħa tad-difiża tagħhom jagħti rebħa faċli lil Sliema.
Hekk kif qabżu l-kwarta logħob, Sliema fetħu l-iskor meta kien korner tajjeb ta’ Frenci Qeros li sab ras Stefano BIANCARDI li minn pożizzjoni angolata tefa’ fl-angolu tax-xibka.
Għaxar minuti wara reġa kien protagonist Qeros meta venven xutt minn barra l-kaxxa li sfortunament għalih ħabat mall-mimduda. Sliema kienu żvinturati li ma għamluhomx tnejn wara 35 minuta meta Correa Duarte daħal tajjeb u qabbeż minn fuq Martinelli iżda Sidibe laħaq il-ballun qabel daħal fix-xibka u biegħed il-periklu.
Sliema għalqu l-logħba fid-79 minuta wara żball tad-difensuri ta’ Lija li rregalaw il-ballun lil Jefferson DE ASSIS li daħal fil-kaxxa u tefa’ ġewwa wara li ġie waħdu mal-gowlkiper.
Seba’ minuti mit-tmiem, Beu daħal tajjeb fil-kaxxa iżda minn pożizzjoni angolata sab lil Glenn Żammit attent li salva b’siequ.
//= $special ?>