TARXIEN R…………1
SENGLEA A…………1
Tarxien: C. Cassar, A. Scicluna, A. Azzopardi, J. Brincat, L. Grech, R. Darmanin (M. Spiteri 79’), R. Faria, S. Cipriott (M. Desira Buttigieg 66’), G. McKay (A. Benes), E. Baker, E. Calin
Senglea: T. Aquilina, J. Bondin, S. Bonnici, A. Terracciano, M. Garzia, G. Virano (R. Dalli 85’), N. Palmieri (H. Vella 77’), I. Paz, A. Caseras, T. Vella, J. Leyton
Imwissija: I. Paz, E. Baker, E. Calin, R. Faria, J. Bondin
Skorjaw: I. Paz 23’ (S), R. Darmanin 67’ (T)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Ryan Aquilina
Il-Mument Plejer tal-logħba: Ivan Paz (Senglea A.)
Tarxien Rainbows kisbu l-ewwel punt tagħhom f’dan il-kampjonat wara draw ta’ 1-1 kontra Senglea Athletic. Bil-forma taż-żewġ timijiet qabel il-partita, wieħed kien qed jistenna rebħa minn Senglea, u matul il-kors tal-logħba, kien l-aktar tim avventuruż biex jikseb ir-rebħa, iżda finalment kisbu punt.
Dan id-draw għandu jagħti stimolu ġdid lit-Tarxiniżi li tilfu l-ewwel erba’ ħarġiet tagħhom u minkejja li ma kellhomx logħba perfetta, irnexxielhom jirranġaw ftit fit-tieni taqsima, kisbu d-draw u rnexxielhom jiddefendu tajjeb.
Il-kowċ ta’ Senglea Steve D’Amato għamel xi tibdil mill-aħħar rebħa tagħhom kontra Birkirkara. Għamel id-debutt id-difensur Arġentin Julian Leyton, b’Terence Vella jingħata l-fiduċja mal-ewwel ħdax.
Senglea marru minn fuq f’nofs l-ewwel taqsima meta kien ix-xellugi Ivan Paz li għeleb lil Christian Cassar b’xutt djagonali fil-baxx. L-uniku reazzjoni ta’ Tarxien fl-ewwel taqsima kienet daqqa ta’ ras ta’ Faria ftit wara l-gowl li għaddiet barra.
Il-gowl donnu ta stimolu ġdid lit-tim mill-Isla li kellhom il-kontroll tal-logħba. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Vella kellu xutt imblukkat fil-kaxxa, b’Godwin McKay ibiegħed il-periklu mill-istess azzjoni.
Tarxien ġabu d-draw fis-67 minuta bl-attakkant Ryan Darmanin jidħol tajjeb qalb żewġ difensuri u jiltaqa’ mal-kross mil-lemin ta’ Benes biex għeleb lil Timmy Aquilina li ma seta’ jagħmel xejn fl-okkażjoni.
Senglea bdew ifittxu l-gowl rebbieħ biex jikkonfermaw is-superjorità li kellhom fil-logħba, iżda ftit kienu perikolużi lejn il-lasta avversarja. Għaxar minuti mit-tmiem, Vella seta’ għamel aħjar hekk kif għadda min-nofs, iżda Cassar ħareġ tajjeb u blokka l-konklużjoni fil-ħin, biex fil-ħin miżjud, minn korner ta’ Paz, id-daqqa ta’ ras ta’ Caseres spiċċat fuq il-lasta.
//= $special ?>