Roma kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta fl-ewwel logħba tas-Sibt mis-Serie A, għelbu lil Udinese 3-1 fi Stadio Olimpico. Edin Dzeko fetaħ l-iskor fit-12-il minuta wara li ħa vantaġġ minn żball difensiv ta’ Udinese u skorja b’xutt fil-baxx. Man-nofs siegħa logħob, l-iskor sar 2-0. Din id-darba kien Dzeko li krossja fil-baxx fejn sab lil Stephan El Shaarawy li skorja mill-viċin.
L-istess plejer għamilhom tlieta qabel tmiem l-ewwel taqsima wara nuqqas ieħor difensiv ta’ Udinese. Roma saħansitra fallew penalty fid-89 minuta minn Perotti, b’Udinese jiskorjaw il-gowl tal-bandiera permezz ta’ Lars Jansen.
//= $special ?>