Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar f’Ħaż-Żabbar

Ritratt: Arkivji

Żagħżugħ ta’ 15-il sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ ittajjar minn karozza f’Ħaż-Żabbar stess.

L-inċident seħħ ftit qabel is-7pm fi Triq Wied il-Għajn fejn għal xi raġuni iż-żagħżugħ safa’ milqut minn karozza tat-tip Opel Adam. Is-sewwieq għandu 48 sena u huwa residenti Ħaż-Żabbar ukoll.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal kura meħtieġa fejn iktar tard ġie iċċertikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizja għadhom għaddejjin