Ilejla tiġi fi tmiemha l-maratona ta’ Puttinu fil-Marsa Sports Grounds.
Puttinu Cares diġa’ għandha appartamenti f’Sutton, l-Ingilterra. Iżda t-tir hu li jinġabru biżżejjed flus biex tkun tista’ tinbena blokka appartamenti f’Londra għal madwar 90 Malti li jitilgħu kull xahar għall-kura f’Londra.
Il-maratona, li qed issir daż-żmien peress li kellha tkun posposta minħabba l-elezzjoni. Il-maratona qed tkun trażmessa fuq numru ta’ stazzjonijiet tat-televizjoni lokali – fosthom NET TV.
Sal-lum f’nofsinhar iċ-ċifra miġbura kienet diġà qabżet l-430 elf ewro.
Il-maltemp wassal biex ikunu imħassra l-attiviatjiet tal-Fun Park tat-tfal. Madanakollu il-logħbiet tal-futbol u l-attivitajiet fuq il-palk prinċipali baqgħu għaddejjin b’mod normali.
Iktar tard il-Kap tal-PN Adrian Delia mistenni jż
ur il-maratona.
//= $special ?>