Kollox qed jindika li Angela Merkel se tkun qed tikseb ir-raba’ mandat tagħha bħala Kanċillier tal-Ġermanja.
Dan hekk kif il-Ħadd kien il-jum meta l-Ġermaniżi marru jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali. Elezzjoni li kollox qed jindika li se tintrebaħ minn Merkel imma mhux se tikseb il-maġġoranza assoluta.
Għalhekk l-akbar attenżjoni hi fuq il-partit żgħar li se jkunu eletti fil-Parlament u li magħhom id-Demokristjani ta’ Merkel jistgħu jiffurmaw koalizzjoni ta’ Gvern.
//= $special ?>

