Internazzjonali

Bombers Amerikani jwettqu titjira madwar il-Korea t’Isfel f’turija ta’ saħħa

B-1B Amerikan

Tensjoni bla limitu bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti. Dan hekk kif fid-diskors tiegħu quddiem l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Korea ta’ Fuq ġeddet it-theddid fil-konfront tal-Istati Uniti.

Hawn il-ministru tal-affarijiet barranin ta’ Pyongyang wissa li l-Korea ta’n Fuq kienet lesta tattakka bil-qawwa kollha jekk ikollha suspett li l-Istati Uniti qed tlesti beix tattakkah. Dan fost twissija li l-programm nukleari Korean jinsab fl-aħħar fażi tiegħu.

Sadattant għal darb’oħra, bombers Amerikani mill-gżira ta’ Guam għamlu titjira madwar il-Korea t’Isfel f’turija ta’ saħħa. Fost dawn kien hemm il-bombers tat-tip B-1B li huma kapaċi jwadbu bombi nukleari.

Xejn ma għenet is-sitwazzjoni tħeżżiża li kien hemm fl-inħawi ta’ fejn il-Korea ta’ Fuq twettaq l-isplużjonijiet nukleari taħt l-art. Imma esperti internazzjonali qed jaqblu li t-tħeżżiża ta’ 3.4 fuq l-Iskala Richter kienet waħda naturali.