Nhar il-Ħadd iċ-ċiklist mis-Slovakkja Peter Sagan ġie nkurunat champion tad-dinja tat-tlielaq fit-toroq meta għeleb l-isfida tar-rivali Alexander Kristoff u ta’ Michael Matthews.
Grazzi għal din ir-rebħa Sagan wettaq reazzjoni wara li matul is-sajf, proprju f’Lulju li għadda kien skwalifikat mit-Tour de France minħabba li kien involut f’inċident ma’ Mark Cavendish.
Wara dan l-inċident Sagan għamel diversi xhur barra mill-azzjoni sakemm irritorna bil-kbir u rebaħ it-titlu prestiġjuż.
//= $special ?>