Lokali

Jean Pierre Debono jgħaddi l-ittra ta’ riżenja tiegħu mill-Parlament

Ritratt: Martin Agius/netmedia
...Wara d-deċiżjoni tiegħu li jċedi s-siġġu lill-Kap tal-PN Adrian Delia

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono għadda l-ittra ta’ riżenja tiegħu mill-Parlament lill-iskrivan tal-kamra Ray Scicluna.

Hu mistenni li fis-siegħat li ġejjin, l-ittra ta’ riżenja tgħaddi għand l-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia biex b’hekk jiskatta l-proċess uffiċjali li għandu jwassal għal elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu vakat minn Jean Pierre Debono.

Dan wara li aktar kmieni, id-Deputat mis-Seba’ Distrett ħabbar li se jkun qed iċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Bir-riżenja ta’ Jean Pierre Debono, issa jmiss li ssir elezzjoni każwali peress li l-kandidati tal-Partit Demokratiku ħabbru li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni każwali. Imma fi żvilupp ieħor, il-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista ikkommettew ruħhom li anke huma se jikkontestaw, bl-impenn li jċedu s-siġġu lil Adrian Delia jekk jiġu eletti.

Jean Pierre Debono iċedi s-siġġu fil-Parlament lill-Kap tal-PN Adrian Delia

Adrian Delia jiltaqa’ mal-kandidati tas-7 distrett