Il-Prinċep Harry kellu laqgħa mal-First Lady Amerikana Melania Trump. Il-laqgħa saret f’Toronto l-Kanada fejn it-tnejn li huma marru beix jattendu għall-Invictus Games, logħob sportivi għas-suldati li għandhom diżabiltà minħabba s-servizz tagħhom u li huma idea tal-istess Prinċep li kien serva bħala suldat fl-Afganistan.
Din hi t-tielet edizzjoni ta’ dawn il-logħob u fiha qed jipparteċipaw 550 suldat midrub minn 17-il pajjiż.
//= $special ?>


