Allert fit-territorju Amerikan ta’ Puerto Rico. Dan wara li minħabba x-xita li ġab miegħu l-Uragan Maria, qed tfur diga u bħala konsegwenza qed tfur ukoll ix-xmara ewlenija fil-pajjiż.
Il-biża’ issa hi li d-diga tikkrolla għal kollox. B’kollox madwar 70,000 persuna kienu ordnati jevakwaw miz-zoni f’periklu.
F’Puerto Rico l-maltemp wassal għall-mewt ta’ anqas 10 persuni u hemm ħerba sħiħa fosthom li parti kbira mill-gżira għadha bla provista tal-elettriku.
//= $special ?>

