L-attakkant ta’ Napoli Arkadiusz Milik mistenni jdum barra mill-azzjoni madwar erba’ xhur wara li għal darba oħra reġa’ ċarrat il-ligamenti ta’ rkopptu.
Hu reġa’ weġġa’ l-istess sieq li kien weġġa’ matul is-sena li għaddiet u riżultat ta’ dan Napoli se jkollhom jgħaddu mingħajru għal tal-anqas sa tmiem din is-sena.
Napoli kienu akkwistaw lil Milik mingħand Ajax matul is-sajf tal-2016 għas-somma ta’ madwar 30 miljun lira sterlina biex jieħu post Gonzalo Higuain li minn naħa tiegħu kien għadu kemm iffirma ma’ Juventus.
//= $special ?>