Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nar li żviluppa f’magna ta’ bastiment ankrat f’Birżebbuġa.
Il-bastiment kien fl-Oil Tanking Gateway Terminal meta għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien infurmat li żviluppa nar fl-‘engine room’ tal-bastiment.
B’kollox kien hemm erba’ vetturi tat-tifi tan-nar, erba’ uffiċjali u tmien pumpiera li rrispondew għat-talba għall-għajnuna, u f’inqas minn siegħa ġie kkontrollat in-nar.
Fuq Facebook, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ppubblika filmat miġbud b’kamera termali.
//= $special ?>
