Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ il-Grand Prix ta’ Aragon biex fetaħ vantaġġ ta’ 16-il punt f’ras il-klassifika. Is-sewwieq Spanjol issa għandu 224 punt u l-eqreb rivali tiegħu, Andrea Dovizioso jinsab fit-tieni post wara li nhar il-Ħadd temm fis-sitt post.
Marquez kellu wirja mill-aqwa hekk kif beda mill-ħames post u spiċċa biex irkupra u qabeż lil dawk ta’ quddiemu. Hu kien ħabat fis-sessjoni tas-Sibt imma fil-mument tal-verità ma ddiżappuntax u daħal qabel Dani Pedrosa tal-Honda u Jorge Lorenzo tad-Ducati rispettivament.
It-Taljan Valentino Rossi li kien qed isuq wara li rkupra minn operazzjoni minħabba ksur f’siequ kellu wirja ferm pożittiva u daħal fil-ħames post.
Għal tmiem il-kampjonat fadal erba’ tlielaq u l-Grand Prix li jmiss hu dak tal-Ġappun u dan se jsir fil-15 ta’ Ottubru.
Kif spiċċaw:
1. Marc Marquez
2. Dani Pedrosa
3. Jorge Lorenzo
4. Maverick Vinales
5. Valentino Rossi
6. Aleix Espargaro
7. Andrea Dovizioso
8. Alvaro Bautista
9. Johann Zarco
10. Pol Espargaro