L-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon tagħti prominenza tliet titli b’ritratti li fl-aħħar sigħat iddominaw l-aħbarijiet. Id-deċiżjoni ta’Jean Pierre Debono li ċeda s-siġġu fil-Parlament lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia hekk kif ta rriżenja minn membru parlamentari lbieraħ stess; il-messaġġ ta’ għaqda fil-Partit Nazzjonalista mill-Kap il-ġdid Adrian Delia għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż, u r-rebħa elettorali ta’ Angela Merkel fl-elezzjonijiet fil-Ġermanja u li hi r-raba’ rebħa konsekuttiva għas-CDU mmexxija minn Merkel.
Feature interessanti f’In-Nazzjon jittratta l-ewwel jiem tal-iskola mill-pinna ta’ Kenneth Vella, f’rubrika li se tibda tiġi ppubblikata regolarment fil-ġurnal.
Bħal kull nhar ta’ Tnejn, In-Nazzjon jippubblika paġna b’aħbarijiet u analiżi finanzjarji, u l-intervista mal-Professur Oliver Friggieri.
//= $special ?>