Internazzjonali

RITRATTI: Konferma għal Merkel u kroll għall-SPD

Ġermaniżi fl-Iżvizzera jsegwu l-andament tal-vot fil-Ġermanja.
Bħal ma kien mistenni, Nagel Merkel se tkun konfermata fil-poter wara li l-partit tagħha, is-CDU, kiseb l-akbar ammont ta’ vot fl-elezzjoni tal-Ħadd. Elezzjoni li se twassal għar-raba mandat ta’ Angela Merkel wara li skont l-exit polls, is-CDU rebaħ 32.5 fil-mija tal-voti imma tilef 8.5% tal-voti meta mqabbla mal-aħħar elezzjoni. Imma r-riżultat kien meqjus wieħed qares għall-akbar avversarju tagħha, il-Partit Soċjal Demokratiku (SPD) rebaħ 20 fil-mija tal-voti imma tilef aktar minn 5% tal-voti ta’ erba’ snin ilu. L-aktar inkwetanti kien ir-riżultat li l-estremisti tal-lemin, l-Alternativa għall-Ġermanja (AfD) sar it-tielet l-akbar partit fil-pajjiż meta rebaħ 13.5 fil-mija tal-voti. Hekk bdew ħerġin l-ewwel riżultati, f’Berlin in-nies niżlu fit-toroq jipprotestaw.