Sport Sport Ieħor

Sparar- Bidu mill-aqwa għal William Chetcuti fit-Trap

Fi tmiem il-ġimgħa t-tiratur William Chetcuti rebaħ l-ewwel kompetizzjoni tat-Trap wara ftit ġimgħat biss ta’ taħriġ f’din id-dixxiplina.

Fir-Ranges tal-Bidnija taħt il-gwida tal-kowċ Jimmy Bugeja, William Chetcuti ħareġ rebbieħ fid-Darleen Trophy Trap Event meta kiseb l-aħjar skor ta’ 42 total minn 50 plattina.

Fit-tieni post spiċċa Brian Galea u fit-tielet post spiċċa Stephen Vella.

Ta’ min jiftakar li d-Double Trap, il-kategorija li kien jieħu sehem fiha Chetcuti mhux se tibqa’ tiġi inkluża fil-kompetizzjonijiet tal-ISSF u tal-MSSF.