Futbol Sport

Conte jgħid li se jirritorna l-Italja

Conte

Il-manager ta’ Chelsea Antonio Conte qal li fil-futur hu ċert mill-fatt li se jirritorna l-Italja. L-ekskowċ ta’ Juve Conte kellu bidu mill-aqwa ma’ Chelsea hekk kif rebaħ il-kampjonat Ingliż b’rekord ta’ 30 rebħa minn 38 partita.

Madankollu hu ffirma kuntratt li jorbtu biss għal sentejn u f’kummenti li ta qal li beħsiebu jerġa’ jmexxi klabb Taljan, dejjem meta ‘jlesti’ l-ħidma fuq il-proġett ta’ Chelsea.

Conte qal li qed iħoss in-nuqqas tal-Italja u mhux se jdum jaħdem barra minn pajjiżu. “Ma nafx meta imma li hu ċert hu li se nerġa’ mmur l-Italja. Madankollu hu diffiċli nbassar il-futur għax ix-xogħol tagħna hu wieħed li minn jum għal ieħor ma tistax tgħid x’se jiġri. Fil-futur nixtieq naħdem anke bħala Direttur,” qal Conte.

Fil-passat Conte mexxa timijiet bħal ma huma Arezzo, Bari, Atalanta u Siena. Qabel ma ffirma ma’ Chelsea Conte mexxa anke t-tim nazzjonali Taljan.

Suso jġedded il-kuntratt ma’ Milan
Suso ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Milan sal-2022. L-eksplejer ta’ Liverpool kellu wirjiet impressjonanti mar-Rossoneri tant li anke kiseb post fit-tim nazzjonali Spanjol. Suso kien ingħaqad ma’ Milan f’Jannar tal-2015.