Futbol Sport

FUTBOL – Olympiakos ikeċċu lil Hasi

Besnik Hasi

Olympiakos keċċew lill-kowċ Besnik Hasi wara biss tliet xhur u nofs imexxi lit-tim. Fil-fatt, nhar l-Erbgħa Olympiakos kellhom kowċ temporanju fuq il-bank waqt il-logħba valida miċ-Champions League kontra Juventus.

Olympiakos kellhom bidu negattiv fil-kampjonat u bħalissa jinsabu ħames punti taħt il-liders AEK Athens. L-aħbar tat-tkeċċija ta’ Hasi waslet jiem wara li t-tim tiegħu tilef kontra l-istess AEK.

Hasi, li għandu 45 sena kien ilu taħt pressjoni sa minn wara l-ewwel logħba taċ-Champions League meta dakinhar tilfu kontra Sporting Lisbon.

Nedved lura għal logħob
Pavel Nedved irritorna lura għal-logħob fl-etá ta’ 45 sena hekk kif iffirma mal-klabb amateur Ċek ta’ FK Sklana fejn preżentament qed jilgħab it-tifel tiegħu.

L-eksplejer ta’ Juventus, li bħalissa hu Viċi President tal-istess klabb se jkun disponibbli biex jilgħab xi partiti ma’ dan il-klabb.

Minbarra Juventus, Nedved lagħab anke ma’ Lazio matul il-karriera tiegħu u fl-2003 kien rebaħ il-Ballun tad-Deheb.