Tard it-Tnejn filgħaxija Birkirkara bdew l-istaġun fuq nota pożittiva hekk kif rebħu s-Super Cup meta fil-finali għelbu lil Hibernians bi skor ta’ 3-2.
Kienu Hibs li marru fil-vantaġġ b’penalty ta’ Ylenia Carabott fit-tmien minuta imma Stephanie Farrugia ġabet id-draw fit-13-il minuta. Hibs reġgħu marru fil-vantaġġ u din id-darba kienet Shona Zammit li sabet ix-xibka fit-28 minuta.
Madankollu għal darba oħra Hibs naqqsu milli jiddefendu l-vantaġġ tagħhom u mas-siegħa logħob Birkirkara ġabu d-draw b’awto gowl ta’ Rita Tagliaferro.
Tmien minuti wara l-Karkariżi skurjaw il-gowl deċiżiv permezz ta’ Raina Giusti.
//= $special ?>