Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru fil-baħar li nstab aktar kmieni llum għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart.
Is-sejba saret fl- inħawi ta’ Miġra l-Ferħa, limiti tar-Rabat
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu katavru ta’ raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa.
Minn awtopsja li saret, rriżulta, li fuq il-katavru nstabu diversi ġrieħi u għaldaqstant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

