Lokali

In-Nazzjon 26.09.2017

Intervista mal-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono li nhar il-Ħadd li għadda ċeda s-siġġu tiegħu ta’ Membru Parlamentari biex jinfetaħ il-proċess biex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jsir Kap tal-Oppożizzjoni, tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon. Fl-ewwel paġna wkoll, l-istorja li l-elezzjoni każwali wara r-riżenja ta’ Jean Pierre Debono se ssir bħal-lum ġimgħa.

In-Nazzjon isellem b’feature interessanti ta’ Joe Mikallef, lil Dun Ġorġ Grima, fundatur tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-proxxmu li l-mewt tiegħu tħabbret ilbieraħ filgħodu.
Stejjer oħrajn prominenti fil-ġurnal jittrattaw il-manuvri li għaddejjin fl-istazzjon nazzjonali, il-Public Broadcasting Services (PBS), kontra l-Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy; il-kritika qawwija ta’ Jason Micallef, Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 18, biex jitneħħa oil rig fil-Port il-Kbir; is-serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristù Re f’Raħal Ġdid; u l-appelli tal-BirdLife Malta kontra l-kaċċa illegali.