Ding Junhui għeleb lil Kyren Wilson 10-3 biex rebaħ il-Yusan World Open.
Għal Ding Junhui dan kien it-13-il titlu tal-karriera tiegħu u wasal 12-il sena wara l-ewwel wieħed meta kien rebaħ iċ-China Open fl-2005 kontra Stephen Hendry meta kien għad għandu 18-il sena.
Grazzi għal din ir-rebħa n-numru wieħed Ċiniż tela’ jokkupa t-tieni post tar-rankings tad-dinja.
It-turnament li jmiss hu l-European Masters li se jsir f’Lommel, fil-Belġju, mit-2 sat-8 ta’ Ottubru.
//= $special ?>