Sport Sport Ieħor

Agassi konfermat bħala l-kowċ ta’ Djokovic

Agassi (lemin) se jipprova jgħin lil Djokovic jirbaħ it-13-il Grand Slam fil-karriera tiegħu

It-tennist Serb Novak Djokovic ħabbar b’mod uffiċjali li Andrè Agassi se jkun il-kowċ tiegħu għall-istaġun li ġej ukoll. L-eks numru wieħed tad-dinja kien antiċipa din l-aħbar wara li weġġa’ f’Wimbledon, bit-Taljan Marco Panichi u l-Arġentin Ulises Badio jkomplu l-istaff.

“Qed infittex li nibni l-logħba u l-fiżika tiegħi. Ninsab ħerqan biex nirritorna u naħdem ma’ Agassi. Se jkun miegħi s-sena d-dieħla wkoll, imma rrid nirringrazzjah talli qasam miegħi l-esperjenza tiegħu,” spjega l-eks numru wieħed tad-dinja.

L-Amerikan kien beda jsegwi lil Djokovic fl-aħħar Roland Garros u se jkun qed jipprova jmexxi lis-Serb għar-rebħ tat-13-il Grand Slam, fl-Open tal-Awstralja li jibda f’Jannar li ġej.

Wara l-konferma ta’ Panichi bħala l-preparatur atletiku u Badio bħala l-fiżjoterapista l-ġdid, jonqos li jkun konfermat it-tieni kowċ, biex Djokovic ikun jista’ jibda l-mixja tiegħu biex jirritorna fil-quċċata tal-klassifika ATP.

Tags