Il-fundazzjoni Valletta 2018, nediet il-Programm Kulturali għas-sena 2018, ġabra ta’ ‘l fuq minn 140 proġett, b’400 attivita’ matul is-sena ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Il-programm, mistenni jiftaħ fl-għoxrin ta’ Jannar b’numru ta’ attivitajiet ġewwa u madwar il-Belt li ser jattrattaw numru ta’ viżitaturi sabiex jipparteċipaw f’festa ta’ ċelebrazzjoni kulturali, b’dimensjoni Ewropea.
Il-Programm Kulturali, ħadmu fuqu numru ta’ nies u dawn ħadmu sabiex il-programm ma jkunx biss wieħed inklussiv iżda ukoll varjat li jikkonsisti diversi proġetti minn dixxipplini differenti fosthom il-mużika, l-arti viżwali u ż-żfin.
Net News tkellem ukoll mal-Viċi Sindku tal-Belt Valletta, Christian Micallef li saħaq li din l-inizzjattiva ma’ kinitx tkun waħda possibbli mingħajr il-kontribut sħiħ tal-Kunsill.
Valletta 2018 tinvolvi ukoll il-parteċipazzjoni ta’ madwar elf artist kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fejn il-Belt ser tingħata l-ħajja. Madankollu, il-programm 2018 huwa bbażat fuq investiment dirett ta’ għaxar miljun ewro fis-settur kulturali.
//= $special ?>