Kummerċ Lokali

Chetcuti Cauchi Advocates jiċċelebraw 15-il sena

Il-kumpanija stabbilita’ tal-avukati Chetcuti Cauchi Advocates qegħda tiċċelebra l-15-il annniversarju mit-twaqqif tagħha. Fl-uffiċini tagħhom fil-Belt Valletta, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Colin German indirizza lil dawk kollha preżenti għal din okkażjoni.

Colin German stqarr li matul dawn l-aħħar 15-il sena, il-kumpanija nbidlet totalment minn meta ġiet imwaqfa mill-avukati Jean Philippe Chetcuti u Maria Chetcuti Cauchi, fejn illum qed tħaddem mal-170 persuna b’6 uffiċini fil-Belt Valletta – u uffiċini oħra f’Ċipru, Londra, Zurich u Hong Kong.

Tkellem ukoll l-istess Managing Partner Jean Philippe Chetcuti fejn tkellem dwar l-esperjenza tal-kumpanija Chetcuti Cauchi Advocates u kif irnexxielha tkompli tkabbar ir-reputazzjoni tagħha mhux biss f’Malta iżda barra minn xtutna.

Kompla li llum il-ġurnata l-kumpanija tal-avukati toffri servizzi legali privati – partikolarment f’setturi ta’ taxxa, servizzi u pariri legali. Semma’ kif din il-kumpanija lagħbet irwol importanti fl-iżvilupp tal-bidu tal-industrija tal-gaming f’Malta u li llum qed tkompli tiżviluppa mal-medda taż-żmien biex tagħti l-aqwa servizzi legali.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni attenda wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li wkoll indirizza l-attivita’.