Internazzjonali

Evakwazzjoni ta’ 24,000 persuna wara li jisplodi maħżen tal-armi

Ħsara f'karozza mill-isplużjoni fil-maħżen tal-armi f’Kalynivka.

L-awtoritajiet Ukreni kellhom jevakwaw mal-24,000 persuna wara nar f’maħżen tal-armi.
Nar żviluppa f’maħżen f’bażi militari f’Kalynivka fir-reġjun ta’ Vynnytsya u dan wassal biex jingħalaq l-ispażju tal-ajru kif ukoll jiġu evkawati mal-24,000 persuna li jgħixu fl-inħawi.
S’issa ma kienx hemm rapporti ta’ niex midruba u skont il-Prim Ministru Volodymyr Groysman, jidher li dan kien att ta’ sabutaġġ. Dan kien is-seba’ nar li ħakem maħżen militari f’Kalynivka u uffiċjali Ukreni qed jindikaw li aktarx is-servizzi sigrieti Russi kienu warajhom.