Lokali

Għad m’hemmx qbil dwar l-Air Malta

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti li s-sitwazzjoni fl-Air Malta trid tiġi inidirizzata mill-aktar fis possibli

“Jien urejt il-preokupazzjoni tiegħi dwar is-sitwazzjoni fl-Air Malta, hekk kif din l-inċertezza qed tħalli l-effetti tagħha fuq is-suq turistiku, il-pedament tal-ekonomija tagħna” – kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wara laqgħa li kellu lbieraħ mal-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

F’kumment lill-ġurnalisti, Adrian Delia stqarr li fost id-diversi temi li hu indirizza f’din il-laqgħa – hemm is-sitwazzjoni xejn stabbli tal-Air Malta:

Ftit tal-jiem ilu, fil-media ġie rrappurtat li l-Gvern kellu jibda diskussjonijiet mal-erba’ unions li qegħdin jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta. Għaldaqstant, NET News staqsa lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar is-sitwazzjoni bħalissa f’dawn in-negozjati – primarjament dwar x’garanziji hemm għall-ħaddiema tal-Air Malta:

Fi kliemu stess, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li s’issa għad m’hemm l-ebda qbil bejn il-Gvern u l-unions f’din is-sitwazzjoni xejn stabbli.

FILMAT: Konrad Mizzi jirrepeti t-theddida li tagħlaq l-Air Malta