Lokali

Ħtieġa għal regolamentazzjoni aħjar dwar is-sidien tal-klabbs tal-futbol u l-investimenti li jsiru fi ħdanhom – Francis Zammit Dimech

PANA Public hearing - ' Tax-planning, do celebrities and companies breach EU law? '

It-trasparenza u l-aċċessibiltà għal kull informazzjoni dwar min huma s-sidien tal-klabbs tal-futbol madwar l-Ewropa u l-informazzjoni l-investimenti li jsiru minn dawn il-klabbs huma ta’ importanza kruċjali.

Saħaq dan l-EwroParlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech waqt sessjoni tal-Kumitat Pana li jinvestiga ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa, f’liema sessjoni ġew diskussi l-Football Leaks.

Zammit Dimech emfasizza dwar it-trasparenza fuq is-sidien u l-investimenti mill-klabbs, b’mod partikolari biex id-donazzjonijiet ikunu traċċabli l-aktar meta dawn ikunu jaqbżu ċertu ammonti sinifikanti huma ta’ importanza kbira biex ikun żgurat governanza tajba fl-isport.

F’din is-sessjoni ġew diskussi investigazzjonijiet minn konsorzju ta’ ġurnalisti li nvestigaw lill-FIFA, l-UEFA u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aġenti tal-Football.

Waqt id-diskussjoni kien hemm qbil li hemm bżonn qafas regolatorju aktar b’saħtu biex jiproteġu lill-football bħala sport iktar milli jsir attività purament kummerċjali. F’din is-sessjoni rappreżentanti tal-UEFA u l-FIFA ġew affaċjati minn kritika ħarxa u t-tweġibiet tagħhom kienu meqjusa bħala mhux kompluti.

Min-naħa tiegħu Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-ġurnalisti għax-xogħol tagħhom li qed jagħmlu x-xogħol ta’ min jilleġiżla aktar komprensiv.

Il-Kumitat PANA huwa l-istess kumitat li investiga l-iskandlu tal-Panama Papers li fih kien hemm involuti iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.