L-Erbgħa filgħaxija tlaqqa għall-ewwel darba l-grupp Parlamentari taħt it-tmexxija tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, id-deputati Nazzjonalisti attendew għall-ewwel laqgħa mmexxija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ftit jiem qabel ma jerġa jiftaħ il-Parlament wara l-vaganzi tas-Sajf.
Huwa mistenni li fil-ġranet li ġejjin issir elezzjoni każwali fuq is-seba’ distrett li eventwalment se twassal biex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jikseb siġġu Parlamentari u eventwalment jinħatar bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Kien Jean Pierre Debono li ċeda s-siġġu tiegħu.
Din il-laqgħa tkompli fost is-sensiela ta’ laqgħat li qed isiru minn mindu Adrian Delia nħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista – fejn ilbieraħ kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Wara din il-laqgħa Adrian Delia qal li: “Ir-relazzjoni ta’ bejnietna għandha tkun waħda fejn inħabbtu l-ħsibijiet biex jirbaħ il-poplu Malti u Għawdxi għal Malta aħjar”.
//= $special ?>