L-eks-Prim Ministru tat-Tajlandja Yingluck Shinawatra nstabet ħatja ta’ negliġenża u kkundannata ħames snin ħabs.Il-każ jikkonċerna skema ta’ tqassim ta’ ross li wasslet bil-pajjiż tilef madwar seba’ biljun ewro. Din kienet saret biex il-bdiewa ma jibqgħux ibatu imma kien qed jitħallas kważi d-doppju tal-prezz tas-suq tar-ross.
Shinawatra, li għandha 50 sena, kienet tneħħiet mill-poter fl-2014, u ħarbet mill-pajjiż bl-indikazzjonijiet ikunu li hi qed tgħix f’Dubaj. Hemmhekk jgħix ukoll ħuha,Thaksin Shinawatra, li wkoll kien Prim Ministru u tkeċċa mill-poter.
L-eks-PM tat-Tajlandja kundannata ħames snin ħabs


