Lokali

L-ewwel tliet nomini għall-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu vakat minn Jean Pierre Debono

Hekk kif illum kien it-tieni jum biex jintlaqgħu n-nomini għall-elezzjoni każwali fuq is-seba’ distrett elettorali, daħlu l-ewwel tliet nomini.

Sam Abela, Dounia Borg u David Vassallo tefgħu n-nomina biex jimtela’ s-siġġu vakat minn Jean Pierre Debono, li min-naħa tiegħu ċeda s-siġġu biex eventwalment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jidħol fil-Parlament bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, Debono ħabbar li kien se jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu. Il-proċess elettorali jitlob li tinżamm elezzjoni każwali, bil-kumplament tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista taw kelmthom li min minnhom ikun elett, se jerġa’ jċedi s-siġġu immedjatament.

B’hekk, Adrian Delia jkun jista’ jinħatar Membru Parlamentari b”co-option’ u eventwalment Kap tal-Oppożizzjoni wkoll.